It-tobba fl-isptar Albert Einstein f’Sao Paulo qalu li l-kundizzjoni ta’ saħħet il-leġġenda tal-futbol Brażiljan Pelé sejra għall-aħjar, wara li ddaħħal l-isptar il-ġimgħa li għaddiet.

Dan wara xi rapporti fil-Brażil qalu li Pelé kien qiegħed fl-aħħar stadju ta’ ħajtu, wara li l-kimoterapija ma ħadmitx kif kien mistenni.

Huwa baqa’ jieħu t-trattament b’mod regolari minn meta tneħħilu tumur mill-imsaren f’Settembru tal-2021.

Fi stqarrija, it-tobba qalu li qed ikompli juri titjib progressiv fil-kundizzjoni ta’ saħħtu, b’mod partikolari l-infezzjoni respiratorja.

Il-plejers tal-Brażil taw ġieħ lil Pelé wara r-rebħa tagħhom fil-fażi tal-aħħar 16, kontra l-Korea t’Isfel fit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar nhar it-Tnejn.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks