Julia Roberts uriet l-appoġġ tagħha lejn il-ħabib tagħha George Clooney, fl-avveniment prestiġjuż tal-Kennedy Center Honors, billi libset libsa mimlija ritratti tiegħu!

F’ritratti li ġew ippubblikati mill-midja barranija, il-libsa twila sewda tidher mimlija ritratti inkwadrati ta’ George Clooney f’diversi mumenti matul il-karriera tiegħu, minn ritratti ta’ wiċċu tal-parti li interpreta ta’ Doug Ross fuq ER.

Ritratt: PEOPLE

Clooney kien fost diversi li ġew onorati għall-kisbiet li kisbu matul ħajjithom, fl-avveniment.

Ġew rikonoxxuti wkoll il-band tar-rock, U2 u l-kantanta Gladys Knight.

Għal din l-attività mimlija stilel attendew ċelebritajiet u figuri politiċi oħra, fosthom Matt Damon, Patti LaBelle, Sean Penn, il-Viċi President Amerikan Kamala Harris, Sheryl Crow, Garth Brooks, Sacha Baron Cohen u Big Bird ta’ Sesame Street.

Paul Pelosi, ir-raġel tal-Ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi, għamel ukoll l-ewwel dehra pubblika tiegħu minn meta kien attakkat brutalment fid-dar tiegħu lejn l-aħħar ta’ Ottubru.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks