Illum huwa jum speċjali għall-atturi Clive u Claire Piscopo!

Dan għaliex mhux biss illum jimmarka għeluq is-sentejn miż-żwieġ tagħhom, iżda huwa l-ewwel wieħed li qed jiċċelebrawh maċ-ċkejkna binthom, Nora-Marie, li twieldet fl-10 ta’ Marzu ta’ din is-sena.

Ftit jiem ‘il bogħod mill-ewwel Milied b’Nora-Marie f’ħajjithom, Clive kiteb kelmtejn, sempliċi iżda li jirriflettu tant imħabba, flimkien ma’ ritratt li juri l-familja Piscopo.

L-isbaħ ħin hu kull meta nkunu kollha flimkien. Kuljum timlewli qalbi b’ħafna ferħ li għalkemm sempliċi mhux faċli nispjegah.

Clive żied jgħid li kollox beda sentejn ilu, meta hu u martu Claire qalu “iva” lil xulxin. “Vera għandi ħafna għal xiex inkun grat!”

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Clive u lil Claire ħafna aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks