Fost dawk li qed isemmgħu leħinhom dwar il-kontroversja li qajmet l-emenda proposta mill-Gvern fil-kodiċi kriminali dwar it-terminazzjoni tat-tqala, hemm ukoll personalitajiet Maltin minn diversi oqsma, li saħansitra qed jużaw it-talenti u l-kapaċitajiet tagħhom biex iwasslu l-messaġġ tagħhom.

Dan hu proprju dak li qed jagħmel Indri Attard, fejn permezz ta’ kanzunetta kommoventi, li ġġib l-isem ta’ Id-Dritt għall-Ħajja, b’lirika ta’ Kevin Tanti u mużika ta’ Chan Vella, qed iwassal il-messaġġ tiegħu u ta’ oħrajn li jemmnu li l-emenda se twassal għall-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna.

Il-kanzunetta hija karba f’isem dawk li m’għandhomx vuċi, it-trabi fil-ġuf.

“.. f’isem dawk li m’għandhomx, li jaf lanqas xi darba, leħen dawn ma jkollhomx. Għax ħalqhom jingħalqilhom qabel biss dawn jiftħuh, hekk kif id-dritt għall-ħajja dawn jistgħu jitilfuh.”

Permezz tal-kanzunetta, Indri jenfasizza li dan mhuwiex ilment politiku iżda għajta favur il-ħajja.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks