Ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tat-tmienja u nofs seħħ terremot fin-naħa t’isfel ta’ Sqallija, qrib Ragusa.

Is-sit tal-Università ta’ Malta, (Grupp ta’ Monitoraġġ tar-Riċerka Sismika), irrapporta li l-qawwa kienet b’saħħitha – ta’ 4.5 fuq skala richter.

Skont l-aħbarijiet Taljani m’hemmx ħsarat; la nies midruba u ma saret ebda ħsara lill-bini.

It-terremot inħass ukoll minn gżiritna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks