Ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru! Ix-xahar li huwa sinonimu mar-rigali!
U allura kif nistgħu nħalluh jgħaddi mingħajr ma nieħdu l-opportunità u nippremjaw lilkom is-segwaċi tagħna?!
Bħala turija ta’ apprezzament mit-tim kollu ta’ Skoperta għar-rispons qawwi li nirċievu kuljum u grazzi għan-negozji li jemmnu fina, dan ix-xahar, għal darb’oħra, se nkunu nistgħu nrebbħu premji li ċertament se tieħdu gost bihom!

Kif tista’ tidħol fiċ-ċans li tirbaħ?! Sempliċi ħafna!
Kull ma trid tagħmel huwa li taqsam magħna ritratt tas-siġra tal-Milied tiegħek fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Skoperta taħt dan l-artiklu!
U tidħol fiċ-ċans li tirbaħ dundjan mingħand Prime Malta, żewġ christmas logs mingħand RGT Sweet Bakes u hamper mingħand The Convenience Shop {Termini u kundizzjonijiet japplikaw}.
Din il-kompetizzjoni tagħlaq nhar il-Ġimgħa, is-16 ta’ Diċembru 2022.
Ir-risq!
