Jason Micallef jitlaq mit-tmexxija tal-istazzjon ONE, wara 12-il sena fil-kariga ta’ Chairman Eżekuttiv.
F’kitba li ppubblika fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, flimkien ma’ diversi ritratti li juru wħud mill-mumenti li kellu waqt il-ħidma tiegħu fl-istazzjon, huwa qal li flimkien ma’ mijiet ta’ ħaddiema u kontributuri, biddlu u ġeddu bil-kbir “l-akbar stazzjon privat f’pajjiżna.” Żied jgħid li jħossu sodisfatt li qed iħalli l-istazzjon “aqwa u ferm akbar minn kif kien 12-il sena ilu.”
ONE illum jista’ jiftaħar li għandu l-aqwa infrastruttura teknika, kontenut, stampa, kwalità, u studios tar-radju u tat-televiżjoni li ħadd aktar m’għandu bħalhom f’pajjiżna. Nawgura mill-fond ta’ qalbi li ONE jibqa’ jibni fuq das-suċċess u fuq kollox li jibqa’ jxandar kif nafuh illum.
Huwa rringrazzja lill-Mexxejja u amministrazzjonijiet differenti tal-Partit Laburista tal-fiduċja li wrew fih, kif ukoll lill-ħaddiema u kollegi li ħadmu miegħu.
Grazzi mill-qalb lill-eluf ta’ semmiegħa u telespettaturi leali ta’ ONE li minn dejjem kienu hemm biex ONE twieled u kiber fl-aqwa u l-akbar stazzjon privat f’pajjiżna.
Ikkumenta
