L-ewwel nofs tax-xahar ta’ Diċembru kien pjuttost sħun imqabbel mal-aħħar ġranet ta’ Novembru. Dan minħabba li l-anti-ċiklun Afrikan qed iġib miegħu firxa ta’ arja sħuna minn fuq id-deżert.
Għalkemm huwa sinonimu max-xahar ta’ Settembru, ir-riħ isfel iddomina l-ewwel ġranet ta’ Diċembru. Tant li nhar il-Ġimgħa, ħamest ijiem qabel ma jibda l-istaġun tax-xitwa, il-ġzejjer Maltin se jesperjenzaw l-ogħla temperatura għal Diċembru.
Skont dak imbassar mill-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, nhar is-16 ta’ Dicembru, se jkun xemxi, b’riħ jonfoħ
minn nofsinhar, bit-temperatura mistennija titla’ għal 24°C.
Ikkumenta
