Ellie, Henry, Krista u Nick huma supereroj!
Dawn l-erbat tfal minn età żgħira għaddew minn mumenti ħafna diffiċli imma bl-għajnuna tiegħek u bl-għajnuna tal-Istrina llum jinsabu aħjar.

Ellie – għamlet sentejn u nofs l-Ingilterra tistenna trapjant tal-fwied. Għal 3 snin sħaħ kienet tagħmel sas-16-il siegħa kuljum taħt dawl apposta. Illum Ellie għandha fwied ġdid u tinsab ħafna aħjar.

Henry – ta’ età żgħira ma kellux il-kilwa taħdem sew. Missieru tah il-kilwa tiegħu.

Krista – qabel ma twieldet kellha ftuq taħt il-pulmun. Kellha titwieled l-Ingilterra biex tiġi operata immedjatament.

Nick – ta’ 3 xhur għamel operazzjoni f’qalbu ġewwa l-Ingilterra.
https://www.facebook.com/plugins/video.php?height=314&href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fistrinamalta%2Fvideos%2F2031253006962753%2F&show_text=false&width=560&t=0
