L-istilla tal-futbol Brażiljan, Pelé, miet fl-età ta’ 82 sena.

Pelé kien meqjus bħala wieħed mill-akbar plejers tal-futbol ta’ kull żmien.

Huwa kien ilu mid-29 ta’ Novembru l-Isptar Iżraelita Albert Einstein f’Sao Paulo.

Rapport mediku li sar qabel il-Milied wera li kellu bżonn il-kura tal-qalb u tal-kliewi. Huwa kien ilu jiġġieled kontra l-kanċer tal-kolon minn Settembru 2021.

Pelé – oriġinarjament jismu Edson Arantes do Nascimento – beda jilgħab ma’ Santos ta’ 15-il sena u sena wara mat-tim nazzjonali Brażiljan, u beda jilgħab fix-xena dinjija tal-futbol bħala żagħżugħ ta’ 17-il sena fit-Tazza tad-Dinja tal-1958.

Matul il-karriera internazzjonali tiegħu, huwa rebaħ tliet Tazzi tad-Dinja – fl-1958, 1962 u 1970 – l-uniku plejer li kiseb dan.

Il-karriera brillanti tiegħu ta’ 20 sena mill-1957 sal-1977 ratu jiskorja 757 gowl fi 831 logħba.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks