Giacomo Cofano, ir-raġel ta’ Viviana Delego, ta’ 41 sena minn Pezze di Greco di Fasano (Brindisi), li mietet fit-22 ta’ Diċembru li għadda f’Perrino di Brindisi ftit jiem wara li welldet tewmin, irċieva telefonata mingħand il-Papa Franġisku nhar il-Milied.

Il-kliem tal-Papa permezz ta’ din it-telefonata kien kliem ta’ faraġ quddiem tant tbatija, kif ukoll ta’ tama meta taħseb fiż-żewġ ħlejjaq żgħar, imwielda qabel iż-żmien, u li issa għadhom l-isptar.

Kien Don Donato Liuzzi, li jsegwi l-familja, li għamel pubblika l-konverżazzjoni telefonika mhux mistennija. L-istess saċerdot, wara l-mewt tal-mara, kien kiteb lill-Pontifiku biex jafda fit-talb lill-omm żagħżugħa li ħalliet din id-dinja u lill-familja tagħha li għaddejja minn jiem ta’ wġigħ.

Qabel irċieva t-telefonata mingħand il-Papa, Giacomo Cofano bagħat ittra ta’ ringrazzjament lit-tim mediku kollu ta’ “Perrino” fi Brindisi – “intom anġli kustodji għall-impenn u l-umanità li urejtu ma Viviana”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks