Mons. Corrado Pizziolo, isqof ta’ Vittorio Veneto (Treviso), għamel l-iżveljarin ħażin u spiċċa ma ċċelebrax il-quddiesa ta’ nofsillejl.

Dan ġie rrakkuntat mill-Isqof stess waqt li kien qed jiċċelebra il-quddies tal-għada filgħodu tal-Milied. Fi tmiem il-quddiesa huwa skuża ruħu u spjega li “l-quddiesa kienet f’nofsillejl u fid-9.00 pm kont lestejt niekol u għamilt l-iżveljarin iżda, minflok għamiltu fil-10.50 ta’ filgħaxija, għamiltu fil-10.50 ta’ filgħodu, u allura ma daqqx.”

Huwa kompla billi rrakkonta li f’ħin minnhom, qal li sema’ taħbita fuq il-bieb. Isib persuna mibgħuta minn qassis ieħor “imħasseb li seta’ ġralu xi ħaġa”.

Filwaqt li l-Isqof irringrazzja lis-saċerdot li qaddes il-quddiesa ta’ nofsillejl minfloku, dawk li kienu preżenti wieġbu b’applaws għal dan ir-rakkont.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks