“L-argument għandu jsir, u għandu jsir bil-passjoni ladarba temmen fih, imma ma jfissirx li jagħmlek għadu tan-naħa l-oħra.”

Dan hu dak li wieġeb Dr. Lawrence Gonzi waqt il-podcast, Jon Mallia staqsih dwar kemm hemm verità dwar l-istorja li mdorrijin nisimgħu fuq il-politiċi, dik li quddiem il-kamera, partikolarment fil-Parlament joqogħdu jargumentaw bejniethom imbagħad imorru jieħdu kafè flimkien, u jiftiehmu u jaqsmu bejniethom.

Filwaqt li rrefera għax-xogħol siewi li wettqu l-politiċi matul is-snin, Dr Gonzi ġab l-eżempju ta’ żewġ avukati fil-qorti.

Huwa qal li meta bħala avukat kien imur jiddefendi l-każijiet fil-qorti, mhux l-ewwel darba li wara l-kawża kien imur jieħu kafè mal-avukat li kien ikun qed jiddefendi l-parti l-oħra.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks