Il-mudella ċkejkna u tant maħbuba Francesca Rausi se tkun qed tirrapreżenta l-komunità Maltija li tgħix bid-down syndrome, f’organizzazzjoni dinjija bl-isem ta’ Wouldn’t Change a Thing (WCAT).

L-għan ewlieni ta’ din l-organizzazzjoni hija li permezz ta’ diversi proġetti, tbiddel il-perċezzjonijiet negattivi tad-down syndrome.

Filwaqt li ħabbret dan fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Michelle Rausi, omm Francesca, irringrazzjat lill-WCAT talli emmnet fi Francesca u fihom li jistgħu jgħinu biex titqajjem aktar kuxjenza. “Kburin ħafna bik Franny,” żiedet tgħid Michelle lil bintha.

Nawguraw lil Francesca aktar opportunitajiet li jwassluha għal dak kollu li tixtieq twettaq u tikseb.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks