Ftit tal-ħin ilu, Ryan u Josmar żvelaw aħbar sabiħa u eċitanti għalihom!

Il-preżentaturi tant maħbuba u professjonali, se jkunu parti mill-ikbar avveniment mużikali fl-Ingilterra, il-BRIT Awards 2023.

Jidher li mhux biss se jkunu preżenti waqt ir-red carpet iżda wkoll fis-sezzjoni tan-nominati.

Din se tkun it-43 edizzjoni ta’ dan l-avveniment u se ssir nhar il-11 ta’ Frar.

Ryan u Josmar qasmu din l-aħbar fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom fejn stqarrew li ma jistgħux jemmnu li se jkunu parti minn dan l-avveniment tant prestiġjuż.

Grazzi ITV li ser tagħtu lil diversi preżentaturi minn madwar id-dinja l-opportunità biex ikunu f’dan l-avveniment kemm waqt ir-red carpet u anke fl-area tan-nominati. Dan ser ikun qed jixxandar Live fuq ITV u anke online. Ħerqana immens.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Ryan u Josmar għal din l-esperjenza li m’għandniex dubju li se tkun waħda mill-isbaħ u memorabbli.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks