“Inħossni tassew onorat li sirt parti minn lista’ ta’ Żabbarin li rċevew Ġieħ Ħaż-Żabbar,” żvela Keith Demicoli fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali tiegħu.
Dan l-unur jingħata mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar f’Jum Ħaż-Żabbar għal servizz distint lejn Ħaż-Żabbar.
Waqt li nirringrazzja ħafna lis-Sindku Jorge Grech u l-kunsilliera kollha għan-nominazzjoni u l-għoti ta’ dan l-unur tant prestiġjuż, inħoss li kienet il-komunità Żabbarija li kienet tassew ta’ ‘servizz distint’ lejja u lejn l-għaġna tal-karattru u l-personsalità tiegħi. L-impatt huwa inviżibbli imma enormi.
Keith stqarr li t-toroq u ż-Żabbarin kienu u għadhom l-aqwa “università ta’ ħajtu”.
Iż-Żabbarin ġewnini u qalbhom tajba. Jgħixu l-empatija u l-mogħdrija. Jien xhieda ħajja għax esperjenzajthom fl-aktar mumenti diffiċli tat-tfulija. Ħadt gost immens li rċevejt dan l-unur ma’ ħabib kbir tiegħi Raymond Nazia Gialanze li għalkemm m’għadux magħna, martu u wliedu jagħmlulu ġieħ kbir. Nifraħ ħafna lil dawk kollha li rċevew rikonoxximent.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Keith għal dan l-unur tant prestiġjuż.
Ikkumenta
