Fil-jiem li għaddew, waqt il-podcast interessanti tiegħu, Jon Mallia iltaqa’ għal taħdita ma’ Jonathan Mifsud, li huwa l-kofundatur u CTO ta’ Buddy – The Revolutionary Payroll Companian.
Jonathan qasam storja kemxejn surreali, li ġġiegħlek taħseb u tinkwieta fl-istess ħin. Huwa rrakkonta każ ta’ kif mara li mhix Maltija, u lanqas Ewropea, li kienet waslet biex twelled, u ma setgħetx tinqeda mal-ewwel l-isptar, anzi kellha tistenna, minħabba li ma kellhiex payslip f’idha dak il-ħin li turi li hija taħdem.
Din twassalna għall-problema oħra. F’Malta m’għandniex sistema iċċentralizzata ta’ informazzjoni. Għalhekk fir-reception tal-isptar m’għandhomx l-aċċess li juri li din il-persuna tista’ tinqeda għax ħalset il-kontribuzzjonijiet kollha. B’din is-sistema iċċentralizzata tkun qed tgħin il-pazjent, f’każ ta’ sptar, kif ukoll min ikun qieghed wara d-desk.
Apparti dan, huma tkellmu fuq diversi temi ta’ oqsma oħra, li jikkonċernaw lilna ċ-ċittadini, fosthom l-ilment li l-iskola ma tippreparakx għad-dinja tax-xogħol u l-liġi dwar il-leave, is-sick leave, kif ukoll is-sistema tal-bollol.
Segwi t-taħdita sħiħa:
