Ftit sigħat qabel il-finali tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, Gianni Zammit, Ray Attard, Gordon Bonello u Sarah Zerafa se jkunu qed jingħaqdu ma’ Ryan u Josmar f’Sibtek!
Dawn kollha għandhom sorpriża u sfida tad-daħq!
Fost il-ħafna sfidi li se jkollhom, iridu jkantaw live fuq Sibtek.
Xi ħadd minnhom se jkollu ċajta u xi ħaddieħor se narawh minn lenti differenti wkoll!

Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.
Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.
U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!
Ikkumenta
