F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia ħabbar tibdil fil-multi tal-kontravenzjonijiet tat-traffiku, bl-għan li jissaħħaħ l-infurzar fit-toroq u kemm jista’ jkun jiġu evitati l-inċidenti.
Fost it-tibdil fil-multi li se jidħlu fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin, hemm dik tas-sewwieqa ta’ karozzi privati, vannijiet żgħar jew muturi li jinqabdu jużaw il-mobile, earphones jew headphones waqt is-sewqan. Il-multa f’dan il-każ se titla’ għal €200 minn €100 filwaqt li t-tnaqqis ta’ punti minn 6 se jitilgħu għal 9.
Il-multa għal sewwieqa ta’ vannijiet kbar, trakkijiet jew vetturi li jintużaw għal ġarr ta’ passiġġieri, li jinqabdu jużaw il-mobile, earphones, headphones waqt is-sewqan se titla’ għal €300 minn €100 filwaqt li t-tnaqqis ta’ punti minn 6 għal 9.
