L-attur Alvin Cacciattolo esprima n-niket tiegħu u fl-istess waqt l-apprezzament tiegħu lejn dawk kollha li qed jagħtu s-sapport tagħhom f’dan iż-żmien tant diffiċli.

Dan wara li lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, nirien qawwija ħakmu l-gabbana tiegħu u tal-familja tiegħu li tinsab fil-pjazza tal-Ħamrun.

Għalkemm sortunatament dan wassal biex il-gabbana tinqered għalkollox, fortunatament ħadd ma weġġa’.

F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, ħu Alvin, Ken Cacciattolo, esprima wkoll l-apprezzament tiegħu għall-imħabba u s-sapport li qed jirċievu bħalissa.

Filwaqt li rringrazzja lil Alla li ħadd ma weġġa’, huwa qal li sakemm jerġgħu jibnu l-gabbana, se jkunu qed ikomplu jaħdmu u jservu lill-klijenti tagħhom mill-kafetterija li huma għandhom faċċata tal-gabbana.

Il-familja Cacciattolo fi ħsibijietna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks