Ftit tal-ħin ilu wasal fi tmiemu t-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent.

Kyran Bonello huwa r-rebbieħ ta’ din l-edizzjoni.

Sa mill-ewwel dehra tiegħu, Kyran saħħar mhux biss lill-ġurija bil-leħen anġeliku tiegħu iżda wkoll lil kull min kellu x-xorti li jisimgħu, kemm mis-sala kif ukoll dawk mid-dar.

Kienet Sarah Zerafa li tatu l-Golden Buzzer, biex b’hekk Kyran awtomatikament kiseb postu fil-live shows.

Huwa rnexxielu jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku internazzjonali wkoll hekk kif l-ewwel prestazzjoni tiegħu ġiet imtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Got Talent Global.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks