Aktar minn 2,000 persuna nqatlu u eluf oħra ndarbu wara terremot qawwi ta’ 7.8 laqat lit-Turkija u s-Sirja kmieni dalgħodu.

It-terremot, wieħed mill-aktar qawwija li laqtu r-reġjun f’aktar minn 100 sena, laqat 23 kilometru (14.2 mil) fil-lvant ta’ Nurdagi, fil-provinċja ta’ Gaziantep fit-Turkija, f’fond ta’ 24.1 kilometri, skont il-US Geological Survey (USGS).

Skont il-USGS, terremot bl-istess qawwa ta’ 7.8 li laqat il-Lvant tat-Turkija fl-1939 irriżulta f’aktar minn 30,000 persuna mejta.

Inħassu diversi theżżiżiet qawwija sa sigħat wara t-terremot, kif ukoll mil-Libanu, l-Iżrael u Ċipru.

L-aġenzija tad-diżastri tat-Turkija appellat għall-għajnuna mill-komunità internazzjonali hekk kif twettaq operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks