Mistieden fuq il-programm TVAM ippreżentat minn Keith Demicoli kien hemm Philip Galea.

Philip Galea ilu għal dawn l-aħħar 3 snin f’relazzjoni ma’ tfajla li hi 32 sena iżgħar minnu.

Fuq TVAM, Philip qal lil Keith li r-relazzjoni tagħhom hija bħal kwalunkwe relazzjoni oħra.

Huwa stqarr li l-problema mhix ir-relazzjoni tagħhom iżda n-nies li ma jaċċettawhiex li qiegħed ma’ tfajla li hi 32 sena iżgħar minnu.

Irrimarka li jgħaddu minn fejn jgħaddu dejjem isibu lil xi nies iħarsu lejhom daqslikieku raw xi ħaġa ta’ barra minn hawn. “Qisek trid tagħti spjegazzjoni lin-nies għaliex qiegħed f’relazzjoni ma’ tfajla ta’ 27 sena,” żied jgħid Galea.

Madanakollu, huwa qal li t-tfajla tiegħu ma’ tagħtix kas x’jgħidu n-nies dwarhom.

B’referenza għal dan, Keith Demicoli semma dwar l-attur maħbub minn ħafna, George Clooney li ilu 9 snin miżżewweġ lil mara li hija 17-il sena iżgħar minnu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks