F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, ir-rebbieħ tat-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent, Kyran Bonello, irringrazzja lil kull min kien hemm għalih u kien parti mill-mument li hu jirreferi għalih bħala “l-isbaħ mument li qatt kelli u li mhu ħa ninsa qatt.”
Kyran irringrazzja fost oħrajn lill-istilisti tal-ħwejjeġ, lill-għalliema tal-kant tiegħu, Gillian, lill-ballerini li kienu parti mill-prestazzjoni tiegħu fis-serata finali u lill-crew kollu ta’ Malta’s Got Talent.
Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha li vvutawlu, iżda fuq kollox, lill-akbar persuni għeżież għalih, li għamlu sagrifiċċji u li kienu miegħu mill-bidu sal-aħħar.”
“Inħobbkom kollha. Grazzi kbira li ħafna li ma tispiċċa qatt,” ikkonkluda Kyran.
