Grupp ta’ 32 pumpier Malti, u kelb jinsabu fi triqithom lejn it-Turkija biex flimkien ma’ ħaddiema oħra minn bosta pajjiżi, jassistu fil-ħidma kontimwa ta’ salvataġġ li għaddejja bħalissa.

Dan wara li dalgħodu, terremot b’qawwa ta 7.8 laqat lit-Turkija u s-Sirja, ikkawża diżastru u eluf ta’ mwiet.

Il-grupp Malti, li hu parti minn tim mħarreġ biex ifittex lin-nies qalb it-tifrik, se jkun qed jagħmel dan fiż-żoni milquta mit-terremot fit-Turkija, bit-tama li jiġu salvati kemm jista’ jkun nies minn qalb it-tifrik.

Sal-ħin li ġie ppubblikat dan l-artiklu, ġew irreġistrati aktar minn 2,700 persuna mejta.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks