L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li kważi 23 miljun ruħ jistgħu jiġu affettwati mit-terremot qawwi li laqat in-Nofsinhar tat-Turkija fis-sigħat bikrin ta’ nhar it-Tnejn li għadda, li ħalla ‘l fuq minn 5,000 ruħ mejta u eluf oħra midruba.
Qalet li l-indikazzjonijiet juru li potenzjalment, 23 miljun ruħ huma esposti, inklużi madwar 5 miljun popolazzjoni vulnerabbli, inklużi aktar minn 350,000 persuna anzjana, 1.4 miljun tifel u tifla.
Il-kap tal-WHO esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni, u sejħilha “tellieqa kontra l-ħin.”
Huwa esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar żoni fejn għad m’hemmx informazzjoni dwarhom.
Ikkumenta
