Tarbija tat-twelid ġiet salvata minn taħt it-tifrik ta’ bini fil-Majjistral tas-Sirja li nqered fit-terremot li seħħ nhar it-Tnejn li għadda.

Rapporti minn midja barranija qalu li huwa mifhum li ommha welldet ftit wara li seħħ it-terremot u mietet wara li welldet. Missier, l-erba’ aħwa u z-zija tat-tarbija nqatlu wkoll fit-terremot.

Huwa mifhum li għalkemm ma kinitx fi stat tajjeb meta ttieħdet l-isptar minħabba xi tbenġil u effetti mill-kesħa qawwija, issa t-tarbija tinsab f’kundizzjoni stabbli.

Ritratt: CNN

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks