Ċertament, ir-ritratti u l-filmati tar-realtà li qed jgħixu fiha l-vittmi li ġew affettwati mit-terremot fatali li laqat lit-Turkija u s-Sirja nhar it-Tnejn li għadda qed iħallu impatt fuq kull wieħed u waħda minna, fuq diversi aspetti.

Filwaqt li hu importanti li tkun sensittiv għal dak li ħaddieħor għaddej minnu, u anki tirrifletti ftit, tajjeb ukoll li ma tiqafx s’hemm, iżda tara x’tista’ tagħmel biex tagħti l-għajnuna tiegħek int ukoll, kif tista’ u kemm tista’

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jilqa’ lista ta’ oġġetti li wieħed jista’ jagħti lil eluf ta’ persuni li raqdu u qamu vittmi ta’ diżastru naturali fatali.

Eluf ta’ nies sfaw bla dar u mingħajr l-affarijiet personali u bażiċi tagħhom, f’kesħa tremenda. Għaldaqstant, ħajjithom qed tiddependi mill-għajnuna umanitarja internazzjonali.

Wieħed huwa mitlub li jieħu l-oġġetti l-istazzjon tat-tifi tan-nar f’Ħal Far, mid-9 ta’ filgħodu sal-5 ta’ wara nofsinhar kuljum.

Din hija l-lista ta’ oġġetti:

Ħwejjeġ ġodda jew f’kundizzjoni tajba għall-adulti u tfal:

  • Kowtijiet
  • Raincoats
  • Bwiez
  • Flokkijiet ħoxnin
  • Qliezet
  • Ingwanti
  • Xalpi
  • Kalzetti
  • Ħwejjeġ ta’ taħt

Għotjiet oħra:

  • Tined
  • Sodod
  • Saqqijiet tat-Tined
  • Sleeping bags
  • Heaters (mingħajr fjuwil jew gass)
  • Torch
  • Batteriji jew Power Banks
  • Generators

Ikel u affarijiet sanitarii:

  • Bottijiet u pakketti tal-ikel
  • Ikel u bottijiet tat-trabi
  • Ħrieqi
  • Prodotti iġjeniċi
  • Prodotti iġjeniċi tan-nisa

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks