Ikompli jiżdied in-numru ta’ persuni li ġew maqtula fit-terremot fatali li nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar, laqat lit-Turkija u s-Sirja.

Sal-ħln li ġie ppubblikat dan l-artiklu, ġew irreġistrati aktar minn 36,000 persuna mejta u għexieren ta’ eluf midruba.

In-numru ta’ persuni mejta mistenni jkompli jiżdied hekk kif ġimgħa wara li seħħ dan id-diżastru naturali, il-ħaddiema ta’ salvataġġ għadhom għaddejjin ifittxu taħt it-tifrik.

Aktar ma jgħaddi l-ħin, it-tama li jinstabu aktar persuni ħajjin qiegħda dejjem tonqos. Madanakollu, il-ħaddiema ta’ salvataġġ qed jirnexxilhom isalvaw persuni minn taħt it-tifrik, anki ġimgħa wara li seħħ it-terremot.

Il-tim ta’ ħaddiema ta’ salvataġġ tal-Ġermanja temm l-operazzjoni ta’ tfittxija u mistenni jirritorna lejn pajjiżu

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks