L-artista Kelly Scerri De Carlo qed tuża t-talent eċċezzjonali tagħha sabiex tagħmel differenza pożittiva, iżda għandha bżonn l-għajnuna tiegħek!

Meta bdiet il-gwerra tar-Russja u l-Ukrajna, Kelly ħarġet bl-idea li tagħmel tpinġijiet żgħar għal €5 u l-flus kollha jmorru għall-bżonnijiet tal-Ukreni partikolarment ikel u mediċini. Dakinhar, irnexxielu tiġbor €130.

Għal darb’oħra, Kelly qed terġa’ tieħu din l-inizjattiva, din id-darba għas-santwarju tal-qtates Kitty Guardians, fejn hi tagħmel ukoll xogħol volontarju.

Kitty Guardians huwa santwarju għall-qtates abbandunati li b’tant dedikazzjoni jassistu għall-bżonnijiet ta’ diversi każijiet ta’ qtates li jkunu sfaw abbandunati u mweġġa’ fit-triq u fuq kollox jagħtuhom l-imħabba li tant ikunu nieqsa minnha.

Int ukoll tista’ tgħin lil dawn il-qtates billi tagħmel kuntatt ma’ Kelly Scerri De Carlo, u tordna t-tpinġija li tixtieq int, għal €5 biss!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks