Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed isejjaħ b’urġenza lil kull min jista’ jagħti d-demm, partikolarment tat-tip O Positive.

B’urġenza, illum, hemm bżonn ta’ 104 borża tad-demm tat-tip O Positive.

Tista’ tagħmel dan fiċ-ċentru tal-għoti tad-demm ta’ Gwardamanġa, li se jkun miftuħ sas-6 ta’ filgħaxija.

Il-karta tal-identità u l-maskra huma meħtieġa dejjem biex wieħed jagħti d-demm.

Ftakar li meta tagħti d-demm, tista’ tkun qed issalva ħajja, għaldaqstant inħeġġuk biex jekk tista’, tmur u tagħti d-demm u jekk għal xi raġuni ma tistax, jekk jogħġbok, xerred dan l-artiklu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks