Din id-darba l-esploratur lokali Angelo Caruana se joħodna f’post li jinsab fil-limiti tas-Siġġiewi, Wied Ħesri li ftit nies jafu bih jew marru xi darba jew oħra igawdu l-ġmiel naturali tiegħu.

Dan il-Wied, li jinsab bejn is-Siġġiewi u Ħaż Żebbuġ, huwa twil madwar żewġ kilometri u minnu tgħaddi kwantità kbira ta’ ilma minn pajsaġġi li mas-snin iffurmaw ġol-istess wied qalb il-blat li jiffurmaw l-ilqugħ fil-ġnub tiegħu.

Bla dubju ġo dan il-wied wieħed isib diversi siġar u għadajjar tal-ilma, li bħalissa wara x-xita, iffurmaw sew kif ukoll diversi interventi mill-bniedem bħal ħitan sabiex jilqgħu l-ilma tax-xita, biex ikun jista’ jintuża mill-bdiewa għat-tisqija tal-prodotti u siġar li wieħed isib fl-għelieqi tal-madwar.

Angelo jinnota wkoll li siġra tal-lewż tidher li tħawdet fl-istaġuni peress li tinsab diġà bil-weraq meta dan suppost li jseħħ fir-Rebbiegħa.

Bla dubju din l-esperjenza li qed jaqsam magħna Angelo fuq dan il-filmat hija waħda sabiħa ħafna fejn qegħdin naraw stampa ċara ta’ kif wieħed jista’ jgawdi dan il-pajsaġġ sabiħ ħafna.

Bħal dejjem, Angelo jfakkar sabiex wieħed juża dejjem il-passaġġi eżistenti, ma jagħmilx ħsara l-ambjent billi jħammeġ u jirrispetta l-ambjent naturali li jinsab f’dawn l-inħawi.

Segwi l-avventura:

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks