Kmieni dalgħodu, proprju f’jum il-funeral ta’ Maurizio Costanzo, Rosario Fiorello fetaħ il-programm tiegħu VivaRai2, b’tislima emozzjonanti għall-aħħar, lill-ġurnalist li miet nhar il-Ġimgħa li għadda fl-età ta’ 84 sena.
Waħdu fit-triq mas-sbieħ il-jum, Fiorello, ried jagħti ġieħ lil Costanzo, li tant ħadmu flimkien f’diversi programmi fosthom Buona Domenica, billi kanta l-aktar kanzunetta famuża tiegħu, Se telefonando.
Filwaqt li rringrazzjah bil-mod ta’ kif kien iħobb isejjaħlu hu “Grazzi Sur Costanzo,” bid-dmugħ f’għajnejh, Fiorello lissinlu “Saħħa” għall-aħħar darba.
Ikkumenta
