Wara 7 snin ta’ tfittxija, Puttinu Cares irnexxielu jsib proprjetà li tinsab 10 minuti mixi ‘l bogħod mill-isptarijiet fiċ-ċentru ta’ Londra.
Din il-binja nxtrat sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ jużaha bla ħlas f’mumenti ta’ bżonn.
Dan tħabbar f’kitba flimkien ma’ ritratt tal-binja mtella’ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares. “L-imħabba li turu ma’ ħutna fil-bżonn ma tmut qatt.”
Il-flus li nġabru mid-donazzjonijiet tiegħek ġew investiti b’għaqal, onestà u serjetà kbira. Ix-xogħol miexi ġmielu. Qed inġibuha shell minn ġewwa u applikajna għal sular ieħor biex nakkommodaw iżjed nies. Proċess twil però flimkien naslu..
Nhar is-7 ta’ April, fil-Ġimgħa l-Kbira, Puttinu se jkun qed jitolbok l-għajnuna ħalli jkun jista’ jwettaq din il-ħolma li tagħti serħan il-moħħ u raġġ ta’ dawl lil ħafna nies fl-aktar żminijiet mudlama.
Ikkumenta
