Il-preżentatur Clifford Galea, magħruf partikolarment għall-imħabba tiegħu għall-istorja u n-Naxxar, inħatar President Onorarju tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar.
Dan ħabbru Clifford stess fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu hekk kif ingħata l-aħbar.
F’kitba, huwa stqarr li din l-aħbar ferm sabiħa għalih, ħallietu bla kliem.
Napprezza ħafna dan il-ġest u kif dejjem għamilt, se nibqa’ viċin tagħkom biex flimkien ngħollu isem is-soċjetà tant attiva u ħabrieka u isem in-Naxxar. Grazzi minn qalbi.
Ikkumenta
