F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, il-kantant William Mangion, li bħalissa qed jgħix f’Tenerife, Spanja, għarraf li s-segwaċi li huwa jinsab tajjeb u għada se jkun qed ikompli bil-ħidma mużikali tiegħu.
Huwa ma naqasx milli jirringrazzja lil dawk kollha li wrew it-tħassib tagħhom dwar saħħtu u bagħtulu messaġġ.
Dan wara li kif żvela hu stess, erbat ijiem ilu saritlu bijopsija, li mistenni jirċievi r-riżultat tagħha fil-ġimgħat li ġejjin.
William Mangion stqarr diversi drabi li jinsab grat għall-imħabba u s-sapport li qed jirċievi mingħand in-nies mindu ħabbar li se jagħmel bijopsija u appella lill-pubbliku biex iżommu fit-talb tiegħu.
Ikkumenta
