Illum huwa jum speċjali għall-attur veteran Joe Borg għaliex ix-xewqa tiegħu saret realtà!

Wara ħidma intensiva, Joe Borg ippubblika l-bijografija tiegħu bl-isem ta’ Meta Nfetaħ is-Siparju.

Il-ktieb, li jittratta l-ħajja personali u l-karriera ta’ Joe bħala attur jiswa €20 u l-qligħ tiegħu se jmur għad-Dar tal-Providenza.

Dan tħabbar mit-tifla ta’ Joe, Alison Abela fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha. “Ma nistax ma nħossnix kburija għall-fatt li fl-aħħar irnexxielu jwettaq xewqtu,” żiedet tgħid.

Jekk trid tixtri l-ktieb u tixtiequ ffirmat, ibgħat messaġġ privat lilu personali, lil Alison Abela jew lil Cynthia Borg.

Fil-ġranet li ġejjin se jkun ukoll fil-ħwienet tal-kotba.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks