Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa, huma ħafna li ħadu din l-opportunità biex jiddedikaw xi messaġġ lin-nisa għeżież tagħhom.
F’kitba fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Bjorn iddeskriva lil martu Maria bħala mara li bi tbissima tisraqlek qalbek u li minkejja d-diffikultajiet li tiltaqa’ magħhom dejjem tħares ‘il quddiem u tirbaħ kull sfida.
“Illum Maria kienet mistiedna f’konferenza tan-nisa fejn ħadt pjaċir naraha titkellem u tispjega b’tant passjoni fuq ix-xogħol tagħha. Minn tfajla mistħija li taħrab mill-kamera, għal kelliema mill-aqwa. Tista’ tagħmel dan għax Maria ilha tgħini sa mill-bidu nett u taf kull individwu u każ li nieħdu ħsieb,” żied jgħid Bjorn.
Illum f’Jum il-mara, jistħoqqlok kull tifħir, mhux għax int il-mara tiegħi, imma għax int mara li xejn ma jaqtagħlek qalbek, determinata u kapaċi. Inħobbok Maria.
Ikkumenta
