Waqt intervista fuq ONE Radio, għall-ewwel darba, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Gvern se jkun qed jitlob lil Steward tagħti lura l-flus tal-obbligi li ma ġewx onorati fit-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-isptar San Luqa u Karin Grech.
Filwaqt li qal li matul is-snin kien hemm flejjes li ġew imħallsa mill-Gvern u Steward ipprovdiet diversi servizzi mediċi fit-tliet sptarijiet, huwa qal li dak li tħallas u ma ġiex mogħti lura, il-Gvern se jkun qed iħares l-interess nazzjonali u jara li dak li mhux dovut, jitħallas lura.
Huwa qal li għalkemm faċli ħafna jagħmilha, ma jridx jieħu attitudni ta’ popolist u partiġġjan bħall-Partit Nazzjonalista.
@skopertaofficial Waqt intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Robert Abela qal li I-Gvern se jkun qed iħares l-interess nazzjonali u jara li dak li mhux dovut, jitħallas lura. Filmat meħud mill-filmat imtella' fuq il-paġna ta' Facebook tal-Partit Laburista. #primministru #robertabela #steward ♬ original sound – Skoperta
Ikkumenta
