Ftit tal-ħin ilu, il-kantanta Maltija Claudia Faniello nediet il-vidjow mużikali tal-kanzunetta Ġmielek li nstemgħet għall-ewwel darba fil-festival Mużika Mużika sena ilu.

Il-messaġġ qawwi tal-kanzunetta li miss daqstant qlub huwa rifless fil-vidjow artistiku. Huwa jibqa’ jibni fuq it-tema tal-inklużjoni anke bl-użu tal-lingwa tas-sinjali li hija sinonima mal-interpretazzjoni tal-istess kanzunetta. Dan ikompli jasserixxi l-messaġġ li l-arti għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd.

Mat-tnedija tal-vidjow, Claudia Faniello esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għar-rispons tal-pubbliku għall-kanzunetta Ġmielek li l-messaġġ tagħha miss ħafna realtajiet.

Hija qalet li Ġmielek mhix sempliċiment kanzunetta, imma nixxiegħa ta’ emozzjonijiet, weġgħat u esperjenzi. “Il-vidjow jiġbor dawn kollha u joħloq effett maġiku.”

Wieħed jista’ jinnota wkoll il-preżenza ta’ Beth, li skoprejna t-talent tagħha ftit xhur ilu fuq Malta’s Got Talent, li qed takkumpanja lil Claudia permezz tal-pjanu.

Il-vidjow mużikali huwa biss l-ewwel parti minn serje ta’ inizjattivi b’rabta mal-kanzunetta Ġmielek li se jitħabbru fis-sigħat u l-jiem li ġejjin.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks