Tħabbret il-mewt tal-Professur u eks Ministru Laburista Edwin Grech, fl-età ta’ 94 sena.
Edwin Grech huwa missier Karin Grech, li kienet vittma ta’ ittra bomba.
Il-mewt tiegħu tħabbret min-neputi tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Huwa rrefera għal zijuh bħala dak li ispiraw biex għalkemm ġej minn familja ta’ ħaddiem min-naħa t’isfel ta’ Malta, seta’ jidħol l-Università u jsir avukat.
Żied jgħid li zijuh kien bniedem li għamel biss ġid u pattewulu bl-agħar deni li seta’ jkun, il-qtil tal-għażiża bintu Karin, li kienet id-dawl t’għajnejh.
Il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja tal-Professur Edwin Grech, li qal li ta kollox għal pajjiżu u għall-pazjenti li tant kellu għal qalbu.
Filwaqt li qal li għamel dan mill-professjoni u mill-politika, żied jgħid li l-Professut Grech għamel sagrifiċċji kbar u għax ġab lil ħaddieħor qablu spiċċa ħallas bil-qtil ta’ bintu Karin.
Karin Grech inqatlet ta’ 15-il sena hekk kif fetħet ittra indirizzata lil missierha fit-28 ta’ Diċembru tal-1977.
Il-Professur Edwin Grech serva fil-Parlament f’isem il-Partit Laburista f’żewġ leġiżlaturi, bejn l-1992 u l-1996 u dik ta’ bejn l-1996 u l-1998. Huwa serva bħala Ministru għas-Sigurtà Soċjali.
Fil-qasam mediku, huwa kien speċjalizzat fl-Ostretrija u l-Ġinekoloġija.
F’isem it-tim ta’ Skoperta, inwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u dawk kollha qrib.
