Il-mistiedna waqt Sibtek li jmiss se jkunu Noel Vella Galea, Chris Vella Galea, Grace Ellul u Raquel Theuma.

Waqt dan il-programm, se jkun hemm ħafna nies li għandhom storja. Mhux neċċesarjament personalitajiet popolari imma żgur ta’ ispirazzjoni.

Chris u Noel, koppja miżżewġa u adottaw żewġt itfal. Waqt Sibtek se jkollhom sorpriża mingħand persuna li ma jafux imma ssegwi kull ma jagħmlu.

Xi ċajta ma tonqosx u min jaf, forsi anke xi filmat sorpriża mill-passat ta’ xi ħadd.

Grace Ellul b’sorpriża mingħand in-neputija Pawla!

Il-mużika waqt Sibtek se tkun kollha kemm hi live flimkien ma’ Christian Arding.

Sibtek, il-programm divertenti b’sorpriżi kbar, ippreżentat mill-koppja favorita ta’ ħafna, Ryan u Josmar, se jżommlok kumpanija mill-12:15 ‘l quddiem, fuq TVM.

U allura mhux ovvja! Ma tistax titlef Sibtek li jmiss!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks