B’kollaborazzjoni mal-kantant Ivan Grech u l-kitarrist tar-Red Electric Peter Borg, id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Prof. Andrew Azzopardi flimkien mal-kollegi tiegħu nedew vidjow mużikali bl-interpretazzjoni ta’ waħda mill-kanzunetti popolari tal-Winter Moods, Days Of My Life.
Iffilmjat u dirett minn Sarah Zammit, dan il-vidjow mużikali huwa parti minn kampanja ta’ reklutaġġ ta’ studenti għall-2023 u 2024.

Din is-sena l-Fakultà qed toffri firxa ta’ korsijiet li wieħed jista’ jaċċessa minn hawn.
Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà tisħaq dwar il-fatt li tkun student mal-Fakultà mhix sempliċiment esperjenza akkademika biss, imma wkoll esperjenza olistika ta’ tkabbir u żvilupp, li twassal biex aktar persuni jkunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi soċjali li qed niffaċċjaw u tant qed iħallu impatt fuq is-soċjetà tagħna.
Isma’ x’kellha xi tgħid il-preżentatriċi Stephanie Chircop dwar il-Fakultà.
