67 sena ilu, il-maħbub Dun Victor Grech beda jgħix uffiċjalment il-missjoni tiegħu bħala saċerdot.

Ċertament l-akbar kisba ta’ ħajjet il-Monsinjur Victor Grech hija l-Caritas.

Il-mument li l-monsinjur waqqaf il-Caritas, ta tama lil ħafna nies bil-problemi tad-droga u l-familji tagħhom, iżda huwa ma waqafx hemm, għaliex Dun Victor Grech innifsu ddedika ħajtu biex iservi bħala pilastru għalihom.

Riċentament, Dun Victor Grech, li llum għandu 93 sena ħareġ mill-isptar wara diversi ġimgħat rikoverat l-isptar Mater Dei.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, il-Caritas irringrazzjat lill-Mulej għas-sejħa ta’ Dun Victor Grech u l-barkiet u l-għeġubijiet kollha li Alla kiseb permezz tiegħu.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, insellmu lil Dun Victor Grech u nirringrazzjawh tas-servizz u d-differenza li jagħmel fis-soċjetà tagħna.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks