Huma ħafna d-drabi li nitpaxxew bis-sbuħija li joffru pajjiżi madwar id-dinja, iżda kemm napprezzaw is-sbuħija ta’ pajjiżna stess?

Għalkemm sfortunatament id-deċiżjonijiet żbaljati tal-awtoritajiet u tagħna ċ-ċittadini qed iħallu impatt fuq l-ambjent, in-natura u dak kollu li jsebbaħ u jagħti identità denja lil pajjiżna, għadna nistgħu ngawdu dak li fadal, u aktar minn hekk, naraw li dak li fadal ma nitilfuhx.
Min jaf kemm hawn postijiet b’veduti mill-isbaħ li qatt ma żorna f’pajjiżna stess!
Uħud jagħżlu li jqattgħu l-ħin ta’ rilassament tagħhom f’dawn il-postijiet, b’uħud minnhom ifittxu li dejjem jiskopru xi mkien li qatt ma żaru.
Minbarra li hija xi ħaġa sabiħa li tapprezza l-ġmiel li toffri n-natura u ta’ pajjiżek, li tqatta’ ftit ħin ‘il bogħod mit-teknoloġija u dak kollu li hu materjali, u iva għaliex le, tfittex li tqatta’ ftit ħin waħdek, hu l-aħjar mod li tista’ tieqaf, tieħu nifs u tirrilassa jew tirrifletti, mingħajr distrazzjonijiet.
Ftit ħin ta’ rilassament f’kuntatt man-natura jista’ jagħtik l-enerġija u s-saħħa li għandek bżonn biex tkompli tiffaċċja l-kumplament tal-ġurnata.

Liema hi l-veduta favorita tiegħek f’Malta?
