Aktar kmieni llum twettqet azzjoni mill-ħbieb ta’ Jean Paul Sofia, b’għajta favur il-ġustizzja.

Din l-azzjoni saret billi twaħħal strixxun bil-kitba ‘JUSTICE FOR JEAN PAUL SOFIA’, fejn il-mini fiż-żona tal-iSkate Park fl-Msida.

It-talba tal-familja u l-ħbieb ta’ Jean Paul Sofia hija li dik li tinfetaħ inkjesta pubblika sabiex isiru investigazzjonijiet intensivi dwar min kien responsabbli u x’wassal għal din it-traġedja u sseħħ ġustizzja kif suppost.

“Din l-inkjesta hija essenzjali, sabiex ilkoll insiru nafu għalfejn ħajjet Jean Paul Sofia, mimlija saħħa u mħabba, ġiet brutalment maħsuda nhar it-3 ta’ Diembru fuq sit tal-Kostruzzjoni ġewwa Kordin,” isostnu l-ħbieb ta’ Jean Paul Sofia.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks