Il-Qorti ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija jieħu passi legali kontra Mark Camilleri.

Dan wara li Mark Camilleri ppubblika fuq il-blog tiegħu konverżazzjonijiet bejn il-membru parlamentari Laburista Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech.

Il-Qorti qalet li dan imur kontra digriet tad-29 ta’ Novembru 2021 li fih il-Qorti tipprojbixxi l-pubblikazzjoni ta’ kull tip ta’ informazzjoni b’rabta mal-każ kontra Yorgen Fenech.

L-għada li ġew ippubblikati, il-membru parlamentari Rosianne Cutajar flimkien mal-avukati tagħha ressqet rikors urġenti quddiem il-qrati kriminali fejn talbet li ssir investigazzjoni.

F’rapport ippubblikat mit-Times of Malta ġie rrappurtat li Mark Camilleri sostna li mhuwiex beħsiebu jneħħi l-konvenzjonijiet mill-blog tiegħu.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks