Il-membru parlamentari Laburista Rosianne Cutajar titkellem pubblikament għall-ewwel darba wara l-pubblikazzjoni tal-konverżazzjonijiet bejnha u bejn Yorgen Fenech.
Fuq Instagram Story, id-deputat Cutajar irringrazzjat lil dawk li hija sejħet bħala “mijiet ta’ nies” li qed jagħmlu kuntatt magħha kuljum u juriha s-sapport.
Żiedet tgħid li qed tagħmel l-almu tagħha biex twieġeb lil kull wieħed u waħda minnhom.

Min-naħa tiegħu, Mark Camilleri rreaġixxa għal dan b’mod sarkastiku permezz ta’ post fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu.

Ikkumenta
