Waħda mis-serati li tkun tant mistennija waqt Mużika Mużika hija ċertament dik li segwejna lbieraħ.
Bi preżentazzjoni ta’ Clare Agius, Keith Demicoli u Moira Delia, il-parteċipanti tat-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika flimkien ma’ kantanti veterani, ħaduna fuq vjaġġ nostalġiku permezz ta’ interpretazzjonijiet ta’ kanzunetti klassiċi Maltin.
Dawn huma l-interpretazzjonijiet tal-kanzunetti klassiċi Maltin:
Fl-aħħar tas-serata, tħabbru wkoll it-12-il kanzunetta finalista li waħda minnhom se tkun rebbieħa fis-serata finali tal-lejla.
Ir-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika kien Kurt Calleja bil-kanzunetta Bla Tarf, filwaqt li Glen Vella rebaħ l-ewwel edizzjoni bil-kanzunetta Ħarsa Biss.
