Mument partikolari li ċertament spikka waqt is-serata finali ta’ Mużika Mużika li ttellgħet ilbieraħ bi preżentazzjoni ta’ Clare Agius, Keith Demicoli u Moira Delia, kien waqt l-interpretazzjoni tal-kanzunetta Bla Tarf minn Kurt Calleja u Ira Losco.
Kienet sorpriża mill-isbaħ xħin ma’ Kurt, li kien mistieden speċjali għas-serata, ingħaqdet Ira, li kienet ukoll preżenti bħala mistiedna speċjali, waqt il-prestazzjoni tal-kanzunetta rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika, Bla Tarf.
Din l-interpretazzjoni fenomenali qanqlet emozzjonijiet u saħħret lil dawk li kienu preżenti fl-udjenza kif ukoll lil dawk li kienu qed isegwu mid-djar tagħhom.
Fil-fatt kienu ħafna li kkummentaw fil-pożittiv dwarha fuq il-midja soċjali.
Erġa’ segwi l-interpretazzjoni mill-isbaħ ta’ Bla Tarf minn Kurt Calleja u Ira Losco:
